“Spider” Joe Farrugia u l-politika ta’ awsterita’

Neville Gafa

~ 4 hours ago

“Spider” Joe Farrugia u l-politika ta’ awsterita’

Tafu fejn ma nbidilx Joe Farrugia?  Fil-qbil tiegħu mal-politika ta’ awsterita’ tal-Partit Nazzjonalista. Tant li kkritika l-investiment tal-Gvern preżenti u qal li Gvern alternativ għandu jnaqqas l-ispiża tal-Gvern.

 

Fi kliemu stess “il-ftaħir għandu jsir mhux fuq kemm nefaq imma b’kemm iffranka u bir-riżultati. Jien irid nara Gvern li jgħid li nfaqna anqas mhux li nfaqna aktar.”

 

Imbagħad qalilna wkoll li mill-esperjenza tiegħu bħala lecturer iħoss li ż-żgħażagħ ma jemmnu b’xejn. Għalhekk skont hu hawn l-qtigħ ta’ qalb u dawn qed jitilqu mill-pajjiż.

 

 

Din hija ħrafa oħra tiegħu, hekk kif kien verifikat minn Fact Check ta’ The Times of Malta li wera li fl-aħħar snin, aktar milli emigraw, aktar żgħażagħ ġew lura f’pajjiżna.

 

Dan jirriżulta propju minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li Joe Farrugia inzerta huwa membru tal-Bord tagħha nominat mill-għaqdiet ta’ min iħaddem. Milli jidher ma tantx joqgħod attent waqt il-laqgħat tal-Bord mħallas minn flus il-poplu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *