Chris Spiteri, accountant u awditur li hu wkoll ko-akkużat fil-każ tal-konċessjoni tal-isptarijiet ta’ Malta, sab ruħu lura taħt il-microscopju tal-midja meta deher li kien waqaf volontarjament milli jwettaq awditjar mill-1 ta’ Jannar 2026. Jacob Borg kien qed jaħdem fuq storja dwar din id-deċiżjoni, storja li kienet iffukata fuq il-fatt li Spiteri ma baqax iwettaq audit work wara li deher il-qorti.
Skont Spiteri, dak kien pass personali u professjonali, mhux xi ammissjoni jew rabta mal-każ tal-isptarijiet. Hu qal ukoll li l-uffiċċju tiegħu f’ Raħal Ġdid baqa’ miftuħ u jiffunzjona, u li ddeċieda jnaqqas ix-xogħol wara snin twal ta’ xogħol intens fil-professjoni tiegħu ta’ awditur.

Chris Spiteri
Spiteri ddikjara li Jacob Borg qallu b’mod ċar li l-artiklu dwaru kien se jitwaqqaf jekk jgħid li Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu ħadu flus illeċiti mill-konċessjoni tal-isptarijiet. Spiteri qal li rrifjuta dan kategorikament, u sostna li dik l-allegazzjoni hija kompletament falza u mhux sostnuta minn dak li ċċekkja fl-awditjar tiegħu.
Dan mhux ġurnaliżmu normali iżda pressjoni diretta biex tinħoloq narrattiva partikolari. Fil-fatt, dak li qed jiddeskrivi Spiteri jidher bħala tentattiv biex persuna tiġi mġiegħla tagħmel stqarrija li sservi biex l-artiklu dwarha jitwaqqaf, u fl-istess ħin tinqala’ akkuża oħra kontra Muscat, Mizzi u Schembri.
https://www.facebook.com/share/p/1BZ7NsRbhr/?mibextid=wwXIfr
Wara li Spiteri ma ċediex, l-artiklu xorta waħda ġie ppubblikat, u reġa’ ġab quddiem il-pubbliku l-istorja dwar il-waqfien tiegħu mill-awditjar kif ukoll ir-riferimenti għall-każ Vitals/Steward. Spiteri qal li dan ikkawżalu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu, speċjalment minħabba li hu qies l-istorja bħala waħda mibnija biex tagħmlu ħsara.
Il-pressjoni fuq Jacob Borg ser tikber bil-kbir.

