Onor. Clayton Bartolo: “M’hu se nħalli lil ħadd jużani”

Neville Gafa

~ 15 hours ago

Onor. Clayton Bartolo: “M’hu se nħalli lil ħadd jużani”

Ftit tas-sigħat ilu waslitli informazzjoni kredibbli fejn ġejt infurmat li waqt il-kampanja elettorali, tiġi meta tiġi, se jkun qiegħed jiġi mmuntat attakk viljakk u moqżież kontrija, kontra marti u familtna.

 

Il-ħsieb ta’ min hemm wara dawn l-attakki huwa ċar – li jimmina s-suċċessi li kiseb il-Partit Laburista fil-Gvern filwaqt li jiddevja l-attenzjoni minn fuq il-proposti elettorali.

 

Kien għalhekk li wara diskussjoni mal-familja, li m’għandix għeżeż minnhom, wasalt għad-deċiżjoni li ma nikkandidax ruħi għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. M’hu se nħalli lil ħadd jużani sabiex jagħmel ħsara lill-Partit Laburista. U għalhekk għadni kif infurmajt lill-Prim Ministru Robert Abela b’din id-deċiżjoni bbażata fuq il-premessa li ħadd ma hu ikbar mill-Partit.

 

Is-suċċessi li ksibt għal pajjiżna fi żminijiet diffiċli, b’mod partikolari fil-qasam tat-turiżmu, ma jista’ jinnegahom ħadd. U huwa grazzi għal dik il-ħidma għaqlija li llum għandna settur ibbażat fuq sisien sodi.

Lilkom ilkoll li mxejtu din il-mixja politika miegħi, u li jaf nerġa’ ndur fuqkom għall-appoġġ fil-futur, nirringrazzjakom tal-imħabba u s-sostenn li dejjem urejtuna. Il-lealtà tagħkom hija mprezzabbli u se nibqa’ nkun hemm għalikom! Se tibqgħu dejjem f’qalbna!

 

Lilkom li għamiltu minn kollox biex jien u familti ngħaddu minn dan il-kalvarju, ngħidilkom li żmien il-kontijiet jasal għal kulħadd.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

2 Comments

  1. saviour stivala April 26, 2026

    Jien nahseb li din id-decizjoni inghatat lilu mil-partit biex jehoda hu hu mux jehoda il-partit. Dan ghax dik hi it-triq ta linqas hsara possibli ghall partit.

    Reply
  2. saviour stivala April 27, 2026

    Nistenew xihaga simily ghall Galdes. Saret hsara kibira lil-partit.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *