In-nuqqas ta’ fiduċja fih innifsu; il-kollass ta’ Alex Borg

Neville Gafa

~ 9 hours ago

In-nuqqas ta’ fiduċja fih innifsu; il-kollass ta’ Alex Borg

“No one can make you feel inferior without your consent.” – Eleanor Roosevelt

 

 

Alex Borg ma jaspirax. Politiku li jiddubita fih innifsu. Abbanduna l-ħolma tiegħu stess ħafna qabel ma l-elettorat seta’ jiġġudikah. Qed juri bil-fatti li lanqas biss jemmen fih innifsu.

 

Fl-ewwel jumejn tal-Kampanja Elettorali spikka l-fatt li Alex Borg qed jaħrab mill-ġurnalisti. Dak li sa ftit xhur ilu kien qed jgħid li jinsab ippreparat biex imexxi l-pajjiżna, illum qed juri n-nuqqas ta’ kunfidenza fih innifsu.

 

Ħafna nies ma jaqtgħux qalbhom għax fallew. Jaqtgħu qalbhom meta jitilfu l-fiduċja fihom infushom. Meta ma jibqgħux jemmnu fihom infushom. Borg għamel eżattament dan. Il-mod kif jitkellem, il-mod kif iċedi taħt pressjoni. Rifless ta’ politiku konvint minnu nnifsu li ma jista’ qatt jilħaq il-quċċata.

 

Alex Borg

 

In-nuqqas ta’ fiduċja huwa, fl-aħħar mill-aħħar, biża’ mill-ġudizzju. Distinzjoni ċara bejn il-veru karattru tiegħu u l-maskra sabiħa ta’ “mexxej” li jilbes ta’ kuljum. Jista’ jipprova jidher sabiħ, iżda l-prestazzjoni politika tiegħu tinħass li falza. Għax hija falza.

 

Alex Borg tilef il-kuntatt miegħu nnifsu. Politiku li ma jemminx fih innifsu ma jistax jikkonvinċi nazzjon biex jemmen fih.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala April 30, 2026

    Alex Borg and his administration are clearly avioding any opportunities for the media to quiz him.

    Reply

Leave a Comment saviour stivala Cancel Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *