Aktar dwar wara l-allegat tentattiv ta’ Frame-Up minn Jacob Borg

Neville Gafa

~ 12 minutes ago

Aktar dwar wara l-allegat tentattiv ta’ Frame-Up minn Jacob Borg

Ġimgħa ilu, Chris Spiteri, accountant u awditur, żvela kif Jacob Borg kien qed jaħdem fuq storja dwar id-deċiżjoni tiegħu li jieqaf milli jwettaq awditjar mill-1 ta’ Jannar 2026. Storja li kienet iffukata fuq il-fatt li Spiteri ma baqax iwettaq audit work wara li deher il-qorti.

 

Jacob Borg ta’ The Times għamel kuntatt ma Chris Spiteri u  qallu b’mod ċar li l-artiklu dwaru kien se jitwaqqaf jekk jgħid li Joseph Muscat u Konrad Mizzi u  Keith Schembri kienu ħadu flus illeċiti mill-konċessjoni tal-isptarijiet. Spiteri rrifjuta dan kategorikament, u sostna li dik l-allegazzjoni hija kompletament falza u mhux sostnuta minn dak li ċċekkja fl-awditjar tiegħu.

 

Jekk ma tridniex niktbu l-artiklu fuqek, ammetti li Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi serqu l-flus mill-konċessjoni tal-isptarijiet, u niktbu fuqhom flok fuqek.”

 

 

Chris Spiteri

 

Kull min jaf sew lil Chris Spiteri jixhed l-integrità tiegħu.

 

Sadanittant, wara li Chris Spiteri kixfilhom sormom, l-Editorjal ta’ The Times bagħtulu ittra legali permezz tal-Avukat Therese Comodini Cachia iwissuh sabiex jirtira dak li kiteb fuq Facebook.

 

X’ipokrezija ta’ ġurnaliżmu.

 

Għax huma jistgħu jiktbu dwar kulħadd. Iżda l-Libertà tal-Espressjoni tieqaf eżatt malli tasal tagħhom.Free speech dwar kulhadd iżda mhux għalihom.

 

Il-pressjoni fuq Jacob Borg ser tikber bil-kbir.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *