Matul l-intervent tiegħu fl-attività politika f’Ta’ Sannat, Għawdex, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti enfasizza kif Gvern Laburista minn dejjem poġġa liż-żgħażagħ fil-qofol tal-politika tiegħu.
Dan seħħ permezz ta’ diversi miżuri li l-Partit Laburista ħa indirizzati lejn iż-żgħażagħ, fejn fosthom, is-Segretarju Parlamentari semma l-għotja ta’ laptops u tablets b’xejn fl-iskejjel tagħna, gyms b’xejn għal bosta żgħażagħ eliġibbli sabiex iżommu ruħhom f’qagħda fiżika aħjar, kif ukoll iż-żieda fl-istipendji tal-istudenti bi 15%, jew aħjar, madwar €6 miljun fil-bwiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Keith Azzopardi Tanti
Irrimarka wkoll kif bħalissa, 8 minn kull 10 opportunitajiet qed imorru fl-oqsma professjonali, maniġerjali,u tekniċi.

