Fl-aħħar jiem, l-Onor. Roderick Galdes ħabbar li mhux se jkun qed jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Galdes kien elett fil-Parlament fl- 2004, u bħala rappreżentant tas-6 Distrett, li jinkludi l-lokalità ta’ Ħal Qormi fejn twieled, kif ukoll Ħal Luqa u s-Siġġiewi, serva b’impenn għal aktar minn għoxrin sena.

Roderick Galdes
Matul il-karriera Parlamentari tiegħu, huwa serva bħala Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u aktar tard bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, fejn mexxa inizjattivi konkreti biex jindirizza l-isfidi tad-djar u jsaħħaħ l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti għall-familji Maltin.
Nirringrazzjaw lill-Onor. Roderick Galdes u nawgurawlu, flimkien mal-familja tiegħu, kull suċċess.

