Kevin Cassar huwa kirurgu per eċċellenza iżda Ġaħan politiku.
Li Kevin Cassar jiddeskrivini bħal l-magna tal-medja tal-Prim Ministru jew il-kelb tal-ġlied ta’ Robert Abela huwa sinjal ċar kemm dan is-sit huwa distruttiv fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.

Kevin Cassar
Huwa ċertifikat ta’ kemm dan is-sit huwa b’saħħtu u effettiv fil-ġlieda politika kontra l-PN. L-uniku sit elettroniku f’pajjiżna li mhux iffinanzjat la mill-Gvern wisq anqas mill-privat.
Ma jasalx Ħadd li Kevin Cassar ma jattakkanix fil-kitbiet tiegħu. Dan għandu sinjifikat akbar għall-fatt li l-artikli ta’ Kevin Cassar jinkitbu mill-Belt tal-Mdina.

Richard Cachia Caruana
Lil Kevin Cassar nagħtuh serħan il-moħħ li dan is- sit ser jibqa’ aggressiv fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, speċjalment matul il-kampanja elettorali.

