Ħidma Impekkabbli mill-Ħaddiema ta’ One

Neville Gafa

~ 4 hours ago

Ħidma Impekkabbli mill-Ħaddiema ta’ One

Rikonoxximent xieraq lill-ħaddiema ta’ One  għall-mod impekkabbli u konsistenti li bih qed iwasslu lill-elettorat il-messaġġ tal-Partit Laburista.

 

 

Il-ħidma tagħhom ma tirrelatax biss xandir ta’ tagħrif, iżda wkoll dixxiplina komunikattiva. F’era fejn il-messaġġ  jista’  faċilment jintilef fil-midja soċjali u fl-interpretazzjonijiet selettivi, One News qed jirnexxielhom iżommu direzzjoni u narrattiva koerenti.

 

Dan kollu jirrifletti professjonalità ġurnalistika. Kull rapport, kull intervista, kull produzzjoni juru livell ta’ preparazzjoni u impenn li jagħmel differenza fil-mod ta’ kif il-politika tinftiehem u tiġi evalwata mill-pubbliku in ġenerali.

 

 

Il-komunikazzjoni effettiva hija riżultat ta’ tim li jaħdem b’viżjoni u b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-messaġġ li qed iwassal. Il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema huwa fundamentali sabiex jinżamm livell għoli u biex il-messaġġ politiku jasal b’mod trasparenti u strutturat.

 

Ħajr lill-ħaddiema kollha ta’ One għal ħidma impekkabbli.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *