Fid-dibattitu fuq TVM bejn il-Ministru Miriam Dalli u d-Deputat Mark Anthony “Stalletti” Sammut ħareġ biċ-ċar kemm il-PN ħareġ b’xi ħaġa mgħaġġla – bil punti tekniċi tal-Ministru Dalli dwar l-izbalji fil preżentazzjoni ġabu l-Mark Anthony ċass aktar milli diġà hu, jipprova jiiġġustifika.
Miriam Dalli uriet kif il-prezentazzjoni tal-Parit Nazzjonalista lanqas biss issostni dak li qalu. U allura jekk il-Partit Nazzjonalista għamel preżentazzjoni li hi mimlija żbalji, kif tista’ temmnu li jista’ jasal għal dak li qed jgħid?
Dalli sostniet li din hija preżentazzjoni ta’ Partit li għax inqabad li m’għandux pjan fuq l-enerġija u jemmen li l-għajnuna li l-Gvern jagħti għalih hija short-lived, unsustainable, short-term ried jivvinta xi ħaġa lejlet Elezzjoni Ġenerali biex jipprova li l-poplu Malti u Għawdxi jbellgħulu li jemmen differenti.
Sa filgħodu stess fl-istess ħin u fuq l-istess mejda, Alex Borg tas-sussidji short-lived u li deher car li lanqas jaf x’kien hemm sew f’din il-preżentazzjoni qal li s-sussidji jkomplu u Mark Anthony Sammut qal li s-sussidji jistgħu jispiċċaw. Jekk xejn dak li qed iwiegħed huwa over and above is-sussidji eżistenti.

Mark Anthony Sammut
Issa Mark Anthony qal li dawn it-EUR30 miljun se jġibhom minn dak li jiġġenera mill-panelli. Qal li ha jiffranka 17c kull unit. Miriam Dalli spjegat kif bil-PVs se joffsettja biss il-fuel cost u l-carbon costs (dawk li nghidulhom variable cost). Il-fixed costs hemm se jibqghu. Il-pagi tal-haddiema, manutenzjoni u insurances fuq l-interconnectors, l-availbaility payments fuq l-impjanti tal-gass lanqas biss ġew ikkunsidrati mill-PN.

