Mariah Meli: “Gvern b’kompetenza ekonomika li jqassam il-ġid ma’ kulħadd.”

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Mariah Meli: “Gvern b’kompetenza ekonomika li jqassam il-ġid ma’ kulħadd.”

Jien Mariah Meli, Sindku tal-Għargħur, omm żagħżugħa, student u iva mara Maltija u kburija bl-identita’ tiegħi tal-bajda u ħamra!

 

Kburija mhux biss b’dak li ħadmu għalih ta’ qabilna, sa minn żmien il-Perit Don Mintoff li grazzi għalih illum jien u żagħżagħ oħra għandna aċċess għall-edukazzjoni, imma kburija wkoll għalfejn sejrin għax bil-Partit Laburista u b’Robert Abela fit-tmun, jien u żagħżagħ oħrajn bħali għandna moħħna mistrieħ mill-ġejjieni. Mhux biss ekonomikament iżda wkoll b’bilanċ bejn l-opportunitajiet u l-isfidi li l-irwoli li nġorr iġibu magħhom, iżda wkoll mill-‘well-being’ tagħna u tat-tfal tagħna.

 

 

Kieku ma kien għall-Partit Laburista fil-Gvern, illum jaf ma stajtx niġi hawn quddiemkom u ngħid li jiena gradwata mill-Universita’ ta’ Malta, aliex inkun onesta’ magħkom, li tkun omm żagħżugħa mhux kollox ward u żagħar. Iżda grazzi għac-Child care b’xejn, l-istipendju, transport b’xejn u inċentivi oħra bħal in-work benefit, jien stajt inkompli ninvesti fil-futur tiegħi u ta’ ibni mingħajr ma ġarrejt il-piż kollu waħdi.

 

Dan kollu jista’ jsir għax għandna Gvern b’kompetenza ekonomika li jqassam il-ġid ma’ kulħadd.

 

Mariah Meli ma binha Ignazio

 

Semmejt dan, għaliex f’dawn il-jiem qed nisimgħu diversi proposti importanti għalina żagħżagħ studenti u li rridu nnsiru sidien ta’ djarna, apparti li nieħdu ħsieb is-saħħa mentali u l-well being tagħna, iżda tajjeb illi nfakkru li dan kollu se jsaħħaħ u jżid ma dak li diġà hu fis-seħħ grazzi għal dan il-Partit Soċjalist. Dan anke bis-servizzi ġodda ta’ saħħa mentali li qed jiġu proposti viċin l-istudenti fuq il-kampus tal-MCAST, il-Junior College u l-Università ta’ Malta.

 

Nifhem u napprezza kemm l-għotja ta’ elf ewro għall-Erasmus ħa tkun ta’ għajnuna għall-istudenti li jridu jesperjenzaw din l-opportunita fil-perkors edukattiv tagħhom, għax iva, l-istudji fil-masters tiegħi saru barra minn Malta u naf li sfidi li naffaċċjaw. Aparti minn hekk, bil-fatti l-istipendji baqgħu jiżdiedu tul is-snin, u issa, qed nerġgħu naraw proposta b’ żieda oħra ta’ 15% fl-istipendju.

 

Dan mhux biss, wara s-sagriffiċji ta’ studji, napprezza li l-Partit Laburista jrid jippremjana ż-żagħżagħ b’investiment ekonomiku billi fl-ewwel 3 snin minn meta jibdew jaħdmu full-time jew jiftħu l-istart-up tagħhom, dawn mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel 30,000 tad-dħul tagħhom.

 

Mariah mal-Eks Ministru Karmenu Vella

 

L-għażliet ekonomiċi li qed nara minn dawn il-proposti, huma turija li l-‘opportunity cost’ tagħhom, qed dejjem iżomm fiċ-ċentru l-Malti u l-Għawdxi li jrid jimraħ f’ħajti u dan il-Partit qed juri biċ-ċar li huwa tarka għalina ‘lkoll biex iva, jkollna aktar tisħiħ ekonomiċi u anke kwalita’ ta’ ħajja sostenibbli għall-preżent u l-futur ta’ pajjiżna.

 

Issa ħa nsaqsikom mistoqsija, l-islogan il-ħolma tiegħek, il-proġett tagħna, tarawha biss kliem fuq il-billboard? Jien nemmen li dawn il-proposti preżentati huma wegħda konkreta li bit-track rekord ta’ ħidma tal-Moviment Laburista b’Robert Abela fit-tmun tul is-snin, dawn se jkunu attwati ġaladarba, il-Partit Laburista jerġa jkun fil-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *