Għandi informazzjoni ta’ min jorbot fuqha illi fost l-ħafna kwalitajiet koroh tal-Maġistrat Frendo Dimech hemm ukoll li tiffitta lil ġurnalisti biex jirraportaw is-sentenzi tagħha.
Fatt magħruf li kienet tinqeda ħafna b’ ġurnalista Defnista li issa t-Times ħelsu minnha. Issa qabdet moda ġdida li saħansitra tistieden lil ġurnalisti sabiex ikunu preżenti fl-awla waqt is-sentenza.
Dan huwa inkwetanti għax jista’ jkun li dan l-iskop ta pubbliċità u spettaklu qed jimmotiva lil istess Maġistrat meta tagħti s-Sentenzi.

Fil-Qrati hemm ħafna kawżi dwar dikjarazzjonijiet mhux xierqa tal-istess Maġistrat li tpeċlaq fl-awli qisha qegħda l-każin.
Dan is-sit qed jaħdem fuq storja li għandha twassal mhux biss għar-riżenja tal-Maġistrat Frendo Dimech iżda wkoll jittieħdu passi serji kontriha.
L-episodju nafu meta ġara, izda ma nafux xi tkisser għax minkejja li ħafna nies kienu preżenti, ħadd ma jrid jitkellem.
Kull min għandu informazzjoni nwegħdu kunfidenzjalità.


1 Comment
Mhux tistedinhom biss, imma tagħmilhielhom komda li jattendu. Jien kelli każ, kont mgħajjat fid-09;00 u daħħlitni fis-14:30, x’ħin il-qorti jkun vojt u l-ħurnalisti spiċċa kollha fl-awla tiegħi. Jien xammejt li hi u Jonathan Ferris kienu jħokku dahar xulxin; hi tidher serja u l-ieħor forsi kien qed jaspira għal xi ħaġa.Jien kont spettur anzjan fid-dwana u ħejt akkuzat li ikkorrompejt ruħi b’erba’ bottijiet luminata. L-ewwel ma bdejna bl-avukat tiegħi iġibli risposta biex nammetti għax hekk jew hekk diħa ddeċidiet li sa ssibni ħati. Dak inhar m’ammettejtx, imma ħafna wara kont iddejjaqt tiela u nieżel, barra li mradt bil-cancer, u ammettejt u ħlist. Fil-frattemp anke disprezz tal-qorti weħilt għax mort għal kura is-Samoc. J’Alla jirnexxilek tasal.