Taħt Owen Bonnici, il-Kultura saret pilastru ewlieni

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Taħt Owen Bonnici, il-Kultura saret pilastru ewlieni

Huwa stat ta’ fatt li l-kultura f’pajjiżna qatt ma kibret daqs illum.  Qatt ma kien hawn mument storiku f’pajjiżna daqs illum fejn il-kultura ta’ pajjiżna saħħet u qed tkompli tissaħħaħ.

 

Iċ-ċifri jitkellmu weħidhom – l-ammont ta’ nies jaqalgħu x’jieklu mill-kultura iktar milli rdoppja f’temp ta’ ġenerazzjoni waħda.  L-għajnuniet għall-ġeneri differenti tal-kultura splodew bla preċedent.  U anke l-aspetti l-iktar tradizzjonali tal-kultura tagħna, bħalma huma l-festi ħadu r-ruħ.  Biżżejjed insemmu d-deċiżjoni li ħadet il-UNESCO li l-Festa Maltija tiġi ddikjarata bħala Wirt Intanġibbli tal-UNESCO u d-deċiżjoni li jiġu salvati 15-il sede ta’ soċjeta’ mużikali li kienu f’riskju ta’ żgumbrament.  Insemmi wkoll il-ġid kbir li qed isir lil-lingwa Maltija kemm bl-inizjattivi li qed jieħu ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti u anke bis-saħħa ta’ festivals mill-isbaħ bħalma hu Mużika Mużika.

 

Anke s-siti storiċi tagħna, qed jiġu gawduti f’livelli li huma uniċi mill-familji Maltin u Għawdxin bis-saħħa tal-passaport ta’ Heritage Malta li, jekk il-poplu jerġa’ jagħti fiduċja lill-Prim Ministru Abela, se jiġi estiż għal kull Malti u Għawdxija. Ukoll hemm setturi kulturali li qed jikkontribwixxu bil-kbir lill-ekonomija tagħna, bħalma hi l-industrija tal-films.

 

Dan is-suċċess kollu ma jsirx waħdu.  Isir għax hemm Ministru – il-Ministru Owen Bonnici – li l-kultura mhux biss jaħdem fiha imma hi l-passjoni tiegħu.  Hu evidenti li qegħda ġo fih u jagħti ħinu u saħħtu għaliha.

 

Qabel il-Kultura kienet tissejjaħ is-Cindirella tal-Gvern. Illum il-Kultura saret pilastru, saret Ministeru b’saħħtu li kull ma jmur qed jagħmel effett pożittiv mill-aqwa.

 

Il-kultura tagħna hija l-identita’ tagħna.  U aħna t-tkabbir ekonomiku rriduh isir f’kuntest ta’ tisħiħ ta’ dak li jagħmilna Maltin.  Owen Bonnici hekk qed jagħmel b’ħidmietu.  Jixtraqlu kull appoġġ sabiex is-settur kulturali u kreattiv ikompli jikber u jkompli jimxi ‘l quddiem!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *