Louis Galea qed iċempel lin-nies biex jivvotaw PN

Neville Gafa

~ 31 seconds ago

Louis Galea qed iċempel lin-nies biex jivvotaw PN

Jidher li l-ex Ministru Louis Galea ngħata rwol attiv minn Alex Borg f’din l-kampanja elettorali.

 

Residenti tas-Siġġiewi, l-Mqabba u ż-Żurrieq li tkellmu miegħi kienu sorpriżi mhux ftit meta rċevew telefonati minn Lazzru politiku iħeġġiġhom biex jivvotaw lil Partit Nazzjonalista.

 

Dawn ir-residenti stagħġbu  mhux ftit għax wara li l-PN offrielhom kandidatura fqira fuq id-distrett, issa jirċievu telefonata minn ħadd ħlief Louis Galea li tilef is-siġġu mill-istess distretti kważi għoxrin sena ilu.

 

Dan huwa n-nifs ġdid ta’ Alex Borg. Kandidatura fqira u dinosaur politiku bħal Louis Galea li ilu għoxrin sena li ġie mwarrab mill-elettorat iċempel lin-nies biex jivvotaw PN.

 

Affarijiet li ma jitwemmnux. Louis Galea jċempel lin-nies biex jivvotaw PN!

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *