Waqt din il-kampanja elettorali, il-Partit Laburista qed isegwi waħda mill-eqdem regoli tal-istrateġija: “Ibni lill-avversarju tiegħek pont tad-deheb biex jirtira fuqu.”
Kull min studja l-arti tal-gwerra jaf li meta jkollok superjorita’ kbira fuq l-għadu, ma ssakkarx lill-għadu tiegħek f’kantuniera. Tagħtih triq onorevoli biex jirtira.
Vantaġġ sod fl-istħarriġ politiku li bla dubju jirrifletti rekord ta’ ħidma mill-Gvern, qgħad baxx, tkabbir ekonomiku konsistenti, żieda rekord fis-servizzi soċjali kif ukoll proġetti infrastrutturali kbar. Il-Partit Laburista mhux qed imexxi kampanja distruttiva, iżda kampanja mibnija fuq l-istabbiltà u l-viżjoni għall-futur.
Il-manifest tal-Partit Laburista jippreżenta miżuri prattiċi u b’kalkoli preċiżi. Miżuri konkreti biex li jkomplu jtejbu il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin.
Permezz tal-Manifest Elettorali, il-Partit Laburista wera’ bil-fatti li lest jinkorpora l-aqwa ideat. Din hija tmexxija li taf fejn trid twassal lil pajjiżna.

Il-Partit Laburista qed joffri esperjenza, serħan il-moħħ u stabbiltà fi żminijiet fejn il-qagħda globali mimlija inċertezza. Robert Abela għamilha ċara: din l-elezzjoni hija dwar l-għażla bejn it-twettiq, l-interess nazzjonali jew il-politika tal-punti.
Fit-30 ta’ Mejju, il-Partit Laburista jinsab fit-triq it-tajba biex jikseb mandat b’saħħtu sabiex ikompli jibni Malta aktar b’saħħitha.
Il-pont huwa lest. L-għażla hija ċara.
Fit-30 ta’ Mejju, Malta ser tagħżel il-Kontinwità u l-Istabbiltà.
Fit-30 ta’ Mejju nivvotaw Labour.

