Il-Partit Nazzjonalista jaħbi lil Joe Giglio u jimbotta lil Borg Manchè

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Il-Partit Nazzjonalista jaħbi lil Joe Giglio u jimbotta lil Borg Manchè

Rabja kbira fost l-kandidati tal-Għaxar Distrett li qed jaraw bniedem li ilu fil-partit inqas minn ġimgħa jiġi mbuttat ħafna iktar minn kandidati li ilhom ħajjithom kollha fil-partit.

 

Ħadd għadu ma fehem għaliex il-kandidatura tiegħu tħalliet moħbija sal-aħħar minuta u mill-informazzjoni li għandna aktarx ma ġietx approvata mill-Eżekuttiv.

 

Nies qrib Joe Giglio u Albert Buttigieg huma l-iktar irrabjati li waqt li ż-żwiemel tagħhom qed jingħataw l-ġenb, Conrad Borg Manchè li ilu biss ġimgħa fil-partit qed jiġi mbuttat qisu xi stilla.

 

 

Partitarji Nazzjonalisti Sliemiż qed jibżgħu li kellu jitla’ ħmar m’arblu u jitla’ l-PN b’Siġġu wieħed u jitla’ Borg Manchè jgħaddu minn martirju akbar minn dak ta’ żmien Gonzi.

 

Borg Manchè u Debono pezza waħda qed jgħidu u ma jridux Debono ieħor, anzi ftit agħar.

 

Borg Manchè se jikontesta mal-PN wara li kkontesta l-istess distrett mal-Labour u baqa’ l-art kif ukoll l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew bħala indipendenti u wkoll baqa’ l-art.

 

Borg Manchè sa sindku wasal. Fl-elezzjonijiet fuq bażi nazzjonali qatt ma nġabar u dejjem baqa’ l-art.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *