Insellmilkom ħbieb. Tliet surveys, riżultat wieħed.
L-Partit Laburista qiegħed igawdi distakk bejn 20,000 u 30,000 u bejn Robert Abela u Alex Borg hemm distakk bejn 25,000 u 40,000.
Mhux se nidħol fin-numri ta’ kull survey għax hemm indikazzjonijiet komuni għat-tlieta li huma, kemm tat-Times, tal-Maltatoday u ta’ Marmara’.
L-indikatur komuni huwa li minn meta bdiet il-kampanja elettorali, id-distakk kompla żdied minkejja l-wegħdi stravaganti tal-PN.
Dak juri li n-nies mhux jemmnu lil AlexPN u aħjar jibda jipprepara ruħu għax wara l-elezzjoni bħal kapijiet ta’ qablu se jiġrilu.
Ħbieb nkomplu naħdmu għal kull vot. It-tiġrija sal-barkun u importanti li min għadu ma nqediex jinqeda.

