Ħadd għadu ma nesa’ l-ħolma kera ta’ żmien Gonzi, Deputati jheddu, jivvotaw kontra, instabilita’, Gvern se jaqa’ w ma jaqax, voti ma jgħaddux.
Issa l-PN żied id-doża. Aċċetta Kandidat irrabjat u m’ għandux kwiet f’ġismu li kif ma tagħmilx li jrid hu jibda jhedded u jsabbat.

Laurence Gonzi
Conrad Borg Manchè se jkun ikkontesta tliet elezzjonijiet ma tliet partiti differenti, rekord assolut. Ikkontesta Elezzjoni Ġenerali mal-Partit Laburista, Elezzjoni tal-Parlament Ewropew bħala Indipendenti u xorta baqa’ l-art. Issa se jikkontesta mal-PN.
Jekk Borg Manchè jiġi elett stennew ħmar-il lejl agħar minn żmien Gonzi.

