Ħbieb, skont Mark Camilleri l-fatt li Conrad Borg Manchè kien vjolenti ma’ missieru u ma’ ħutu, tant li missieru kellu jaħrab minn daru stess u kellu jiftaħ kawża biex ikun jista’ jirritorna, mhix ħaġa serja.
Skont Mark Camilleri bniedem narcissist u megalomanu li jiġġieled ma’ kulħadd tant li sawwat lil missieru u lil ħutu ma jimpurtax li jkun fil-Parlament.
Sentenza tal-Qorti hija tfiegħ ta’ tajn għal Mark Camilleri?

It-tajn ilu jitfgħu Borg Manchè iżda aħna ma nitfgħulu tajn iżda nitfgħulu l-verità. Il-verità li hemm fis-sentenza tal-Qorti mitlufa minn Conrad Borg Manchè u li ordnat li jiżgombra mid-dar ta’ missieru.
Bniedem li ma jirrispettax lil familtu qatt jista’ jirrispetta lil partit jew lil pajjiż?
Din hija l-link tas-sentenza. Minflok tiddefendih aħjar taqra s-sentenza Mark Camilleri.

