F’kampanja li issa daħlet fil-qofol tagħha ħassejt li għandi nikkumenta, mhux biss għax għalija l-Partit Laburista huwa l-Partit li jibqa joffri l-aħjar għażla iżda wkoll għax verament nemmen li wħud mill-proposti ser itejbu ħajjet l-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Partit Laburista kien il-Partit li b’manifest wara ieħor kompla joffri s-serħan il-moħħ, u xejn inqas b’dan il-manifest. Kultant inħoss li ġieli ninsew l-ħajja kif kienet qabel l-2013. Min qabel ħabbat fuq sidru u qal li ser jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bil-qalb, issa qed jipprova jkun kredibbli billi jgħidilna li ħa jraħħas l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bi 30%. Dan hu Partit li hu kredibbili? Din l-elezzjoni hija waħda li ser taghti direzzjoni fejn irridu nieħdu lill-pajjiż.
B’mod personali laqtitni l-proposta tal-leave tal-maternita’ li forsi ma sarx ħafna diskors fuqha, iżda l-impatt ha jinħass mill-ġenituri. Irrid ngħid, li dan il-Partit mhuwiex perfett, u nuqqassijiet kien hemm u ser ikun hemm, pero ma nistgħux inħallu dan itappan it-tajjeb kollu li sar u importanti li niftakru fil-kisbiet kollha li saru.
Fuq nota personali, minkejja li f’din l-elezzjoni m’iniex involuta minħabba raġunijiet personali, l-Partit Laburista fl-opinjoni tiegħi jibqa dak li dejjjem kien magħna ż-żgħażagħ, li ħalliena nimirħu, li tana l-għodda biex insiru sidien ta’ darna, li kien magħna waqt il-perkors edukattiv, u qed jibqa’ jkun ta’ sosten biex ikollna familja.
Din l-elezzjoni m’hiex biss rigward il-voti iżda wkoll dwar il-ġejjini ta’ kull wieħed u waħda minna.

