“Tista’ tissikket ħamsin studjuż b’fatt wieħed, iżda ma tistax issikket illetterat b’ħamsin fatt.”
Dan huwa l-Partit Nazzjonalista. Ma jimpurtax kemm il-kontradizzjoni jidħlu fiha. Jibqgħu joġġezzjonaw għar-realtà. Il-fatti jaħbtu magħhom u jaqgħu mal-art bħal żrar ma’ ħajt tal-konkos. Iqisu r-realtà bħala inkonvenjent li għandu jiġi injorat jew interpretat skont in-narrattiva tagħhom.
Ejja nfakkru kif għal għexieren ta’ snin, il-PN mexxa lil Malta b’sens ta’ superjorità morali, filwaqt ipproġettaw illużjoni li huma biss setgħu jiggarantixxu kompetenza u governanza serja. Iżda fil-verità kien hemm l-istess klijenteliżmu u distakk minn man-nies li llum jippruvaw jattribwixxu lil Labour. Il-politika tagħhom kienet mibnija fuq ċrieki magħluqa, networks ta’ ġewwa u kultura ta’ esklużjoni lejn kull min ma kienx parti mill-istess establishment.
Illum, mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni, irnexxielhom jipperfezzjonaw arti waħda biss: iċ-ċaħda. Tippreżentalhom tagħrif li jixhed tkabbir ekonomiku, u joħorġu jgħajjtu “nuqqas ta’ sostenibbiltà.” Proġetti infrastrutturali jsejħulhom “Qerda ambjentali.” Tnaqqis fil-qgħad u titjib fil-livell tal-għajxien jinjorawh u minflok joqgħodu jgħajjtu bil-korruzzjoni. Mitt rapport, ħamsin fatt, muntanji ta’ evidenza. Dak ma jgħoddx. Għal PN, in-narrattiva tagħhom tibqa’ waħda: Malta kienet perfetta taħthom, u dak kollu li ġie wara l- 2013 huwa katastrofi.
Gvernijiet Nazzjonalisti kienu fissru staġnar ekonomiku, nuqqas ta’ viżjoni strateġika, telf ta’ mpjiegi. Kull skandlu ta’ żmienhom jgħattuh u ma jammettuhx. Kull wegħda li ma żammux kienu jitfgħu l-ħtija fuq ħaddieħor.
Il-Partit Nazzjonalista qisu dawk l-illeterati li ma jistgħux jiġu msikkta minn ħamsin fatt, għax ilhom li abbandunaw il-fatti kompletament abbażi ta’ delużjoni komda u egoistika.
Ir-rilevanza tagħhom qed tkompli tiċkien ma’ kull elezzjoni.
Nhar it-30 ta’ Mejju noħorġu nivvutaw Labour.

