Dan huwa Charles Bonello. Il- wiċċ ta’ kull telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista mill- 2013 sa dik tal-lum.
Kien f’Kastilja ma’ Lawrence Gonzi meta Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien igawdi maġġoranza ta’ nofs Siġġu Parlamentari. Leġislatura li matulha l-Gvern Nazzjonalista kien se jaqa’ xi għoxrin darba.

Charles Bonello
Iżda l-PN flok ħelsu minnu, żammuh ma djulhom u baqa’ jmexxihom lejn telfa waħda wara l-oħra. Ħatruh Segretarju Ġenerali. Fl- istess waqt però kompla fil-kariga bħala assistent personali tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, minkejja li fl-istess ħin qed jokkupa waħda mill-ogħla karigi fil-PN.
Dan kollu juri kemm għadha kbira l-influwenza ta’ GonziPN fil- Partit Nazzjonalista.

