Elezzjoni bikrija ma kienitx eskluża għax Bernard Grech ma kienx baqa’ Kap tal-PN

Neville Gafa

~ 1 week ago

Elezzjoni bikrija ma kienitx eskluża għax Bernard Grech ma kienx baqa’ Kap tal-PN

Sena ilu, il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li jekk il-PN jibdlu l-Kap, jaħsadhom u jagħmel snap election.

 

Dakinhar dan is-sit kien kiteb li elezzjoni bikrija ma kienitx se ssir għaliex il-PN mhux se jibdel il-Kap. Dan għax deċiżjoni bħal din  ma jiddeċiedux il-partitarji, iżda l-familja Fenech Adami, u dakinhar il-familja Fenech Adami riedu li Grech isodd it-toqob sakemm jilħaq Kap wieħed mill-familja tagħhom stess.

 

 

 

Kollox kien inbidel wara survey ippubblikat mill-Malta Today. Dakinhar kienet saret pressjoni qawwija fuq il-familja Fenech Adami, b’dawn tal-aħħar iċedu u jiddeċiedu li Bernard Grech għandu jwarrab b’effett immedjat. Dan għall-fatt li l-ħsara li saret lill-Partit Fenech Adami hija ħafna akbar minn dak li kien qed jiġi mbassar mill-istess familja Fenech Adami.

 

Fenech Adami kienu ħadu falza stikka fil-kalkoli, li wasslet sabiex tittieħed id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Partit ġdid. Interessanti l-fatt li l-preokupazzjoni ewlenija tal-familja Fenech Adami mhux li l-Partit kien fi kriżi kbira, iżda l-biża’ li jduru għalihom per konsegwenza, b’riskju kbir għall-poter u l-kontroll assolut tagħhom fil-Partit.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *