L-Għażla ta’ Ministru Ġdid għas-Saħħa

Neville Gafa

~ 4 days ago

L-Għażla ta’ Ministru Ġdid għas-Saħħa

Wieħed mill-akbar problemi li kellu l-Gvern preċedenti kien il-Qasam tas-Saħħa.


Nirrikonoxxu li sar ħafna investiment fl-aħħar leġislatura, iżda x’ jiswa jekk ikollok rebus fejn jidħol management?

 

Fl-aħħar ġimgħat li għamilt niltaqa’ man-nies bqajt skantat u rrabjat fl-istess waqt għall-dak li għaddew mijiet ta’ pazjenti.

 

Robert Abela

 

Nemmen li waħda mill-akbar deċiżjoni tal-Prim Ministru meta se jkun qed jifforma l-Kabinett tal- Ministri hija propju l-għażla tal-Ministru għas-Saħħa. Li hu żgur huwa li pajjiżna jeħtieġ Ministru għas-Saħħa ġdid.

 

Ministru li jkun iffukat mija fil-mija fuq ħidma relatata ma dan il-Qasam, u mhux Ministru li aktar moħħu biex jopera. Min irid jopera għandu jibqa’ jopera. Hekk iva jkun qed jagħmel ġid lill-pazjenti.

 

Ministru tas-Saħħa għandu jkun iffukat biss fuq ir-responsabbiltà li ġġib magħha din il-kariga.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

3 Comments

  1. Vince June 3, 2026

    Jiddispjaċini li dawn il-kummenti aktar jagħmlu ħsara mill-ġid. Ma naqbel assolutament xejn miegħek. Aħjar tieqaf minn dawn il-kummenti bla sens. Il-Ministru tas-saħħa għamel biċċa xogħol tajba ħafna u tinħass sew! Ikun żball kbir jew jitneħħa. Neville, mhux aħjar tħalli s-serenita’ lil PM sabiex jagħżel hu l-kabinett. F’dak il-każ la ddeċiedet li tippronunzja ruħek aħjar tkellimt fuq il-messaġġi li bagħat l-elettorat fejn membri tal-kabinett naqsu sew mill-voti tagħhom. Dwar dak m’għidt xejn! In-nies jafu jagħżlu minn dawk li ħadmu u kienu kompetenti għal oħrajn li l-performance tagħhom kien batuta!!

    Reply
    1. S Stivala June 3, 2026

      Mn kif zvolgow lafarijiet jider li il-Prim Ministru ta listess fema kien.

      Reply
      1. Vince June 3, 2026

        Il-Ministru Abela żied il-voti ġo Għawdex u mhux naqqashom. L-elettorat tkellem u huwa suprem lil hinn minn kull deċiżjoni!

        Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *