Davina Sammut Hili – “Grazzi tal-fiduċja, tal-ħbiberija u tal-appoġġ tagħkom.”

Neville Gafa

~ 1 week ago

Davina Sammut Hili – “Grazzi tal-fiduċja, tal-ħbiberija u tal-appoġġ tagħkom.”

Hekk kif għaddiet l-Elezzjoni Ġenerali, nixtieq l-ewwel nett nirringrazzja lit-tim tiegħi għar-rispett u l-appoġġ li dejjem urewni.

 

Inħossni kburija li kont parti mit-tim tal-kandidati f’isem il-Partit Laburista, fejn ilkoll kemm aħna konna parti minn din ir-raba’ rebħa storika tal-Partit Laburista.

 

Grazzi lilkom kollha li kontu dejjem hemm u tajtuni l-appoġġ tagħkom. Kelli kampanja b’tim żgħir iżda magħqud, tim nadif li ħadem id f’id għal għan komuni, li l-Partit Laburista joħroġ rebbieħ.

 

Il-kummenti sbieħ u l-kliem ta’ inkoraġġiment jimlewni b’sens kbir ta’ gratitudni u rispett lejn il-ħbieb ġenwini. L-appoġġ tagħkom kien sors ta’ kuraġġ u motivazzjoni tul il-kampanja kollha.

 

Grazzi mill-qalb lil kull min, b’xi mod jew ieħor, kien parti minn dan il-vjaġġ sabiħ. Nassigurakom li se nibqa’ naħdem b’dedikazzjoni u impenn għall-partit li fih trabbejt, li fih għext, u li dejjem emmint fil-valuri tiegħu.

 

Grazzi mill-ġdid tal-fiduċja, tal-ħbiberija u tal-appoġġ tagħkom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *