Appell lid-Deputati kollha li fi ftit ħin ieħor ser jibdew jassumu responsabbiltà ta Segretarjat jew Ministru. Għażlu u aħdmu b’ nies li jiġbdu nies.
Kunu ċerti li ser jkunu ta’ ġid għalikom u aktar u aktar għal Partit.
Għax il konsegwenzi tagħhom jiġi fuqkom u fuq il-Partit. Nemmen li għandu jkun hemm nies li jifhmu is-sagrifiċċji li għamlu ta’ qabilhom biex illum huma qiegħdin hemm fuq dak is-siġġu. Ma jfissirx li għax tkun għamilt ftit ġimgħat taħdem f’ kampanja, issa inti għaddejt min eżami li issa tista’ taħdem ma’ segretarju jew Ministru. Irridu naċċettaw li l-ewwel ħaġa min ser jiġi magħżul bħalissa ikunu jafu kif tmur l-etika, ir-rwol tal front office desk u customer care b’ certu sensittiva.
Ftakru li il vetrina ta’ kull segretarju Parlamentari jew Ministru huma nies ta’ madwarhom. Ma’ rridux nagħmlu stampa kera fuq kulħadd. Le, le il bogħod min hekk. Pero iva hemm min għandu bżonn jifhem dan ukoll.
Importanti wkol li ma’ nagħmlux ĊRIKI !! u dan hu appell għal kull min hu involut fil politika. Titmexxa min fejn titmexxa.
Ejja ħa nkomplu naħdmu għax il poplu reġa’ poġġa piż enormi fuqna sabiex immexxu għal leġislatura oħra.
Il Politika hi ferm sabiħa meta tidħol biex toffri, għax il-politika hi servizz.
Dan kien ħsieb umli tiegħi li xtaqt inwassal u JASAL. Tkellimt hekk u min qalbi għax inħobb il-Partit, kif ukoll smajt ħafna xi ntqal lilna wkoll.
Inħarsu l-quddiem.
Sliem u saħħa lil kulħadd.


1 Comment
Il-veru messagg f’hinu u f’waqtu. PROSIT MARIO.