Ta’ Fenech Adami jeħilsu minn Delia u Metsola. Issa jmiss lil Borg

Neville Gafa

~ 1 week ago

Ta’ Fenech Adami jeħilsu minn Delia u Metsola. Issa jmiss lil Borg

L-akbar telliefa fl-elezzjoni għal Kap tal-PN kienet Metsola. Dakinhar Metsola beżgħet tikkontesta u t-tesserati ħassewhom traduti. Iżda mbagħad appoġġjat lil Delia li bħal ma tafu sew reġa’ falla. Falla Delia ifisser li falliet Metsola li tant appoġġjatu.

 

Adrian Delia

 

B’dan kollu l-familja Fenech Adami li appoġġjaw lil Alex Borg komplew issaħħu billi ħelsu minn Metsola. Fl- istess waqt kompliet naqqset sew mill-appoġġ. Ftakru kif dan s-sit dejjem qalilkom kif fl-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew, ta’ Fenech Adami dejjem jivvotaw għal David Casa u mhux għal Metsola.

 

Ftakru wkoll kif l-pjan dejjem jibqa’ li l-kap ikun xi ħadd mil-familja Fenech Adami.

 

B’Metsola ‘out of the way’ u li f’ Settembru li għadda aċċettat Kap ta’ tletin sena, wara t-telfa tas-Sibt li għadda stennew lil familja Fenech Adami jaħtfu t-tmexxija tal-Partit taħt idejhom.

 

Alex Borg

 

F’temp ta’ tmien xhur, ta’ Fenech Adami se jkunu ħelsu minn Delia, Metsola u fil-futur qarib minn Alex Borg.

 

Jibqa’ l-fatt però li l-ikbar telliefa mhux Delia jew Alex Borg, iżda Roberta Metsola.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *