Prosit Conrad Borg Manchè

Neville Gafa

~ 6 days ago

Prosit Conrad Borg Manchè

Dan is-sit huwa kuntent għar-Raba’ rebħa Elettorali konsekuttiva tal-Labour.

 

Iżda daqstant ieħor ninsab kuntent għal fatt li Conrad Borg Manchè kkontesta mal-Partit Nazzjonalista u ġie elett minn fuq żewġ Distretti.

 

Minn hawn nifraħ lil Borg Manchè għal dan is-suċċess.

 

Kienu ħafna li ma fehmux għaliex dan l-attakk politiku fuq Borg Manchè. Iżda bħas-soltu iż-żmien tagħna raġun.

 

 

 

 

Grazzi lil Borg Manchè għaliex waqt il-Kampanja Elettorali daħal f’konfrontazzjoni diretta ma dan is-sit. Dak kien il-pjan tagħna. 

 

Grazzi wkoll lil dawk il-votanti Nazzjonalisti li waqgħu fin-nassa tagħna u taw l-għażla tagħhom lil Borg Manchè u saħansitra ippreferewh fuq Kandidati Nazzjonalisti ta’ dejjem.

 

Bil-vot tagħhom lil Borg Manchè, il-votanti Nazzjonalisti komplew iżidu mal-problemi li jinsab fihom il-Partit Nazzjonalista. 

 

Paxxejtuna. 

 

Fl-artiklu li jmiss nidħol aktar fid-dettall.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *