Fil-Partit Nazzjonalista qed tikber ir-rabja għal Borg Manchè li fi tliet ġimgħat ħatfilhom żewġ Siġġijiet. L-ikbar rabja ġejja minn kandidati tad-distretti fejn ikkontesta. Canvassers tal-perit Toni Bezzina qed juru r-rabja fil-miftuħ.

Toni Bezzina
Kandidati li ilhom jimmilitaw fil-Partit Nazzjonalista huma rrabjati għal exposure sproporzjonata li ngħata Borg Manchè fi tliet ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni fid-dibattiti tal-Awtorità tax-Xandir.
Joe Giglio naqqas eluf ta’ voti fl-istess Distrett ta’ Borg Manchè. Lil Giglio ħbewh waqt li lil Borg Manchè tawh exposure kemm felħu.

Joe Giglio
Borg Manche kien ikkontesta mal-Partit Laburista fl-2017 iżda ma nġabarx ma’ heavyweights bħal Michael Falzon u Clifton Grima, iżda peress li fil-PN kif kien qal Gonzi t-talent huwa skars, rnexxielu jiġi elett.
L-exposure li ngħata Borg Manchè ġie mċaħħad minnha anke George Vital Zammit li saħansitra kiteb il-manifest u li wkoll baqa’ l-art u jinsab irrabjat sew għal Borg Manchè.

