Conrad Borg Manchè ilu ħames snin jattakka lil kull min ifettillu fil-Partit Laburista. L-ewwel telaq Indipendenti, mbagħad mar fl-iskip tal-PN.
X’attakki personali saru fuqu?

Mhux hu stess żvela li dam għaxar snin biex lesta kors tal-avukati ta’ ħames snin?
Mhux hu stess irrakkonta l-inkwiet familjari li għadda minnu u esponieh mal-erbat irjieh?
Attakk personali Sentenza Pubblika dwar kawża li fetaħlu missieru għax kien isawtu?
Mela se nerġa nirrepeti – il-Partit Nazzjonalista llum għandu Deputat li missieru akkużah fil-Qorti li kien isawtu u keċċieh barra mid-dar.
DAN MHUX ATTAKK PERSONALI. DIN HIJA L- VERITÀ U SE NIBQA’ NGĦIDHA.

Rosianne Cutajar
Attakki personali sofriet Rosianne Cutajar meta ġew publikati messaġġi PRIVATI. Fil-każ ta Borg Manchè, is-sentenza hija PUBLIKA u jista’ jaraha kulħadd bħas-Sentenzi kollha.
Din hija s-Sentenza u kulħadd jista’ jaqraha.

