Il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN. Dan huwa fatt li l-partitarji Nazzjonalisti ilhom jafuh.
Il-Partit huwa mezz kif javvanzaw l-interessi personali tagħhom u l-interessi personali tagħhom huma li jiddominaw l-PN għal dejjem.
Wara li fl-aħħar snin ħelsu minn Adrian Delia, Bernard Grech kif ukoll minn Roberta Metsola, issa qegħdin jgħorku jdejhom wara t-tkaxkira li qala’ Alex Borg.
Skont il-familja Fenech Adami, id-demokrazija tfisser li setgħu jikkonfoffaw biex qaċċtu lil Borg Olivier fis-satra tal-lejl biex minfloku laħaq Missier l-Mibegħda Eddie Fenech Adami.
Skont il-familja Fenech Adami, id-demokrazija tfisser li setgħu jikkonfoffaw biex jumiljaw u jqaċċtu minn postu lil Adrian Delia minn Kap biex minfloku poġġew lil Bendu.
L-istorja se tkun qed tirrepeti ruħha. Dak li għaddew minnu Borg Olivier, Delia u Bernard Grech, se jkun qed jgħaddi minnu Alex Borg. Għax il-familja Fenech Adami huma l-ikbar tradituri tal-PN.

