Jekk xi ħadd għamel attakk personali fuq Conrad Borg Manchè, kien missieru, għax l-kawża hu fetaħielu. U jekk missieru fetaħlu kawża u rebaħielu mhux tort tiegħi jew tal-Partit Laburista, iżda tort tiegħu. Jekk dik is-Sentenza ila tiġri madwar l-internet għal dawn l-aħħar għaxar snin u jista’ jaraha kulħadd, mhux tort tiegħi jew tal-Partit Laburista.
Bħala ġurnalist għandi obbligu li affarijiet bħal dawn nirrapurtahom u hekk se nibqa’ nagħmel.
Il-baggage ta’ Conrad Borg Manchè issa sar problema tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista issa għandu Deputat li ġie akkużat minn missieru stess bi vjolenza fiżika u psikoloġika.
Gawduh. L-iskip tal-PN tkompli timtela’.
Jekk xi ħadd għamel attak fuq Conrad Borg Manchè, dan kien missieru stess għax l-kawża hu fetaħielu.


1 Comment
Li kiku kont sahar mil-bidnija dawn il-qatta oqbra imbajda eroj kienu jaghmluk.
Gafa, Qed tnotta it-telliqa sfrenata kontra dak kollu li ghandu xjaqsam mal gvern li qabdu ta-charlie u tat-t.o.m?.