Il-kandidatura ta’ Borg Manchè nkiser l- Istatut tal-PN?

Neville Gafa

~ 4 days ago

Il-kandidatura ta’ Borg Manchè nkiser l- Istatut tal-PN?

Il-media bħalissa hija dominata minn rapporti li Alex Borg kiser l-istatut tal-PN issa li ċeda t-Tnax il-Distrett minflok t-Tlettax  bi ksur tal-Istatut tal-Partit tiegħu stess.

 

Il-Partit Laburisra qed jisħaq li ma tistax tafda politiku li jikser l-Istatut tal-Partit tiegħu stess.

 

Iżda jista’ jagħti l-każ li dan mhux l-ewwel ksur tal-Istatut minn Alex Borg li kull ma jmur qed jieħu attegjament aktar dittatorjali u arroganti.

 

Kif kont staqsejt qabel l-elezzjoni nerġa nistaqsi.

 

Conrad Borg Manchè kien membru tal-Partit Nazzjonalista meta ġie approvat bħala kandidat?

 

Ftakru li dan kien u għadu Kunsillier Indipendenti fil-Kunsill Lokali tal-Gzira.

 

Mistoqsija oħra. Il-kandidatura ta’ Borg Manchè ġiet approvata mill-Eżekuttiv tal-PN, jew għamel kawlata Alex Borg waħdu?

 

Fil-PN hemm rabja kbira għal mod kif bniedem pinnur bħal Borg Manchè ġie mbuttat mill-Partit b’detriment għal Kandidati oħra li ilhom snin twal jirsistu u jimmilitaw fil-PN.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *