Qatt smajtu lil xi politiku fid-dinja ċivilizzata li jippretendi Siġġu Parlamentari meta lanqas biss jqarreb lejn il-kwota?
Nibda sabiex nispjega fi kliem sempliċi x’ inhi l-kwota.
Il-kwota hija in-numru minimu ta’ voti li kandidat irid jilħaq f’Elezzjoni Ġenerali sabiex jiġi elett fil-Parlament.
F’Malta għandna politiku, jew kif isejjaħ lilu nnifsu, għax għalija mhux għajr bniedem mkabbar bih innifsu, li issa qed jippretendi jkollu Siġġu Parlamentari meta dan ilu jikkontesta elezzjoni wara waħda wara l-oħra u qatt ma nġabar.
Qed nirreferi għal Arnold Cassola. Il-Profs li jiddiletta bil-bajd barra. Din mhux l-ewwel profezija li ħareġ biha.

Arnold Cassola
Sentejn ilu, Arnold Cassola qal li biex isolvi l-problema tat-traffiku jeħtieġ li jiddaħħal ħlas għal kull min jipparkja fit-triq. Kien semma €20 kull darba.
Ftit xhur ilu qal li jrid pitch tal-boċċi flok il-Fortina. Issa apparti li din l-art ilha għexieren ta’ snin tal-privat, kif tiġik f’moħħok li fl-2025 għandu jkun hemm pitch tal-boċċi f’dik iż-żona, ħadd ma jista’ jifhem. Fl-2026, ftit xhur wara, jrid li jkollu Siġġu Parlamentari mingħajr ma ġie elett.
Ja Alla ħenn għalina‼️

