Ir-Rwol tal-WBRU f’Malta

Neville Gafa

~ 33 minutes ago

Ir-Rwol tal-WBRU f’Malta

Il-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) għandu rwol importanti fil-qafas regolatorju u ambjentali ta’ Malta. Ir-responsabbiltà tiegħu tmur ferm lil hinn mill-ħruġ tal-liċenzji tal-kaċċa. Din l-entità hija l-awtorità li tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ Malta relatati mal-protezzjoni tal-għasafar slavaġ, ir-regolamentazzjoni tal-kaċċa u l-insib, kif ukoll il-kontroll tal-konservazzjoni.

 

L-obbligu tal-WBRU huwa li iżomm bilanċ bejn it-tradizzjoni, il-konservazzjoni, l-infurzar tal-liġi u l-konformità mal-obbligi Ewropej. Malta għandha storja twila marbuta mal-kaċċa u l-konservazzjoni, iżda hija marbuta b’liġijiet ambjentali Ewropej u obbligi internazzjonali ta’ konservazzjoni.

 

 

Il-WBRU hija responsabbli mill-ħruġ tal-liċenzji lill-kaċċaturi, nassaba u konservazzjonisti, miż-żamma tar-reġistri uffiċjali, mill-monitoraġġ tal-konformità, u mill-koordinazzjoni tal-infurzar flimkien mal-Pulizija u entitajiet ambjentali oħra. Ix-xogħol tagħha jinkludi wkoll monitoraġġ xjentifiku, osservazzjoni tal-migrazzjoni tal-għasafar, u l-amministrazzjoni tal-qafas legali relatat mad-derogi permessi taħt il-liġi Ewropea.

 

Għaldaqstant, il-WBRU jokkupa pożizzjoni essenzjali fis-soċjetà Maltija. Xogħlu hu li jara li kollox isir fil-parametri tal-liġi. Però għandu l-obbligu wkoll li jiffaċilita u jassisti lid-dilettanti.

 

Kull dipartiment jew entità qegħda hemm biex tassisti u tassigura servizz tajjeb lil poplu Malti, irrelevanti minn opinjonijiet personali. F’pajjiż fejn id-dibattiti ambjentali ħafna drabi jkunu emozzjonali u polarizzati, ir-rwol tal-WBRU jibqa’ wieħed kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-liġijiet jiġu rispettati, l-obbligi jiġu osservati, iżda li jkun ta’ assistenza għad-dilettanti Maltin. Li jassigura ġustizzja mad-dilettanti.

 

Gvern Laburista tela’ bil-wegħda li jkun il- gwardjan tad-delizzji tradizzjonali. Hekk se jkun, għaliex dak li jwiegħed il-Partit Laburista jiġi attwat mill-Gvern tal-ġurnata.

 

Dan is-sit se jkun qed josserva dak kollu li jkun għaddej, se jkun il-leħen ta’ dawn id-dilettanti u se jkun qed jidħol f’aktar dettal.

 

Gvern Laburista huwa l-gwardjan tad-delizzji tradizzjonali. Dan is-sit se jkun viġilanti sabiex jassigura li din il-wegħda titwettaq mingħajr tfixkil minn min xogħolu huwa li jassisti lid-dilettanti.

 

Iva, ngħatu dak li hu ta’ Ċesare lil Ċesare. Però ejja ngħatu dak li huwa tal-poplu lill-poplu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *