Alex Borg ilu Kap seba’ xhur. Fil-kampanja elettorali, s-sieħba tiegħu Sara Bajada dehret kważi daqsu. Sara Bajada hija persuna pubblika u bħala persuna pubblika hija suġġetta għal skrutinju ikbar minn persuna normali.
Ġaladarba għażlu li jesponu lit-tfajjel Sam ukoll iridu joqgħodu għad-domandi u lili ħadd ma jbeżżagħni jew jintimidani.
Dan mhux attakk personali. Dawn mistoqsijiet leġittimi.

Bħala ġurnalist qed nerġa’ nistaqsi;
Sara Bajada għaliex it-tfajjel Sam f’daqqa’ waħda sparixxa meta sal-bidu tal-kampanja kontu tesponuh ħafna?
Sara Bajada vera li missieru oggezzjona li tfajjel ta eta zghira jigi espost fil-politika?
Sara Bajada vera li missieru saħansitra ippreżenta proċeduri fil-Qorti jilmenta mill-aġir tieghek?
Sara Bajada vera li allura inti daħħalt lill ibnek fil-politika mingħajr il-kunsens ta’ missieru?
Il-pubbliku Malti għandu dritt ikun jaf. Dawn mistoqsijiet leġittimi. Lil Sam inti iddeċidejt li tesponih f’attivitajiet politiċi, mela dawn mistoqsijiet leġittimi.
Dan mhux attakk personali. Attakki personali saru fuq Michelle Muscat u uliedha, fuq Rosianne Cutajar anke meta kienet tqila.
Iċċajtajt magħha dwar ir-ricetti, d-dqiq u l-passolina. Dak attakk personali jew satira?
Qed nistenna risposti u mhux se nibża’ minn ebda attakki.


2 Comments
Neville int ma taf li dawn jasal ghal kollox anke ibijaw lil ruhom basta iskbu is siggu tal poter. Dawn in nies ghamluwa lil Strickland b’Terinu , lil Joseph Muscat, lil Konrad Mizzi , lil Keith Schembri u dawk kollha li huwa Laburisti. U l’istorja tibqa sejra sakemm il PN jisparixxl.
Kemm int tad dahk! Haha m ghandekx ma xiex taqbad! Ara l istat jew inti x jinteressak x taghmel b binha?? Kemm waqajt ghaz zufjett! Dan hmieg ehh li qed tikteb!!! Xi scoop din ehh!