Se nibqa’ nistaqsi għax li tqarraq bil-poplu Malti huwa serju u jixraqlu kundanna.
Għal diversi xhur, Sarah Bajada u Alex Borg għażlu li jperrċu liċ-ċkejken Sam fil-politika. Borg u Bajada ilhom flimkien madwar sentejn.
F’daqqa waħda ċ-ċkejken Sam, sparixxa mil-attivitajiet politiċi. U kieku ma tbassitx Sarah Bajada stess ħadd ma kien jgħid xejn.
F’kummenti li tat ma’ Lovinmalta fit-12 ta’ Mejju, b’ħafna qdusija qalet li hi u Alex Borg iddeċidew minn jeddhom li ma kellhomx jinvolvuh fil-politika.
Kienu ħafna dawk li kkummentaw li damu ma stenbħu jekk dak kien il-każ, u messhom ħadha qabel d-deċiżjoni għax kien too late, kien ilu xhur jiġi mpereċċ.
Iżda fost il-kummenti spikka kumment li milli jidher hija l-partner ta’ missier Sam li kitbet hekk –
– SAM IS NOT ALEX’S SON
– SARAH AND ALEX DID NOT ‘DECIDE’ TO STOP USING SAM, THEY WERE FORCED TO DO SO, AND ONLY DID SO EVENTUALLY TO SAVE FACE DURING THE CAMPAIGN
-SHAME ON YOU LOVINMALTA AND ALL OTHER MEDIA CHANNELS FOR PUBLISHING FAKE INFORMATION.
https://www.facebook.com/share/1BN3YWj8FH/?mibextid=wwXIfr
Issa Sarah Bajada x’għandek tgħid? Għandek spjegazzjoni?
Dik il-qdusija kienet falza? Inti qarraqt bil-poplu Malti meta għidt li għax taparsi qaddisa iddeċidejt li ma tinvolvix lil Sam, meta kien tard wisq, jew għax ġejt SFURZATA minn missieru biex ma tkomplix tużah għal skopijiet politiċi?
X’ inhi l-verità?
Inti ġejt akkużata minn missier ibnek li qed tuża lil ibnek għal skopijiet politiċi u ġejt sfurzata tieqaf?
Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf jekk pruvajtx tqarraq bih u iktar.


2 Comments
Bniedem maħmuġ imxajtan I żibel daqs dan għad irid jidher fuq din il-gżira miskina
Neville Gafa’ possibbli m’ghandekx Mera biex thares fiha u.tinduna kemm int kattiv FI kliemek? Issa int x’jimpurtak x’decizzjoni hadu l-genituri tat-tifel? Dahqet bil-poplu ghidt? Mela int U l-gvern tieghek x’ghamiltu? Sraqtu kemm flahtu lil-pajjiz bil-korruzzjoni tal-isptarijiet, tal-visas, taf fuq x’hiex qed nghid. QTIL ta gurnalist li ilu diga’ 9 snin U int taf ukoll x-kont tghamel. U tigi tikteb dawn il-hmerijiet fuq persuna li m’ghandekx x’taqsam maghha???? Neville ifrah U gawdi r-rebha ghax donnok mintix tant kuntent, la int U lanqas hafna laburisti bhalek. Darba Kelli idea hafna tajba tieghek imma hassartili ghal kollox.