Liċ-ċkejken Sam, ommu Sarah Bajada kaxkritu fil-politika mhux jien

Neville Gafa

~ 59 seconds ago

Liċ-ċkejken Sam, ommu Sarah Bajada kaxkritu fil-politika mhux jien

Jekk Sarah Bajada qed timmagina li żball tagħha se ddawru fuq xi ħadd ieħor qed jgħarrala bil-kbir.

 

Sarah Bajada bħala persuna artifiċjali  għamlet żball kbir li kaxkret lil binha ta’ eta’ tenera fil-politika mingħajr il-kunsens ta’ missieru.

 

Missier Sam mhuwiex Alex Borg,  u allura biex jiġi mkaxkar f’attivitajiet politiċi hemm bżonn il-kunsens tal-missier naturali.

 

Jekk Sarah Bajada għaffġet bħal waħda ir-riċetti tad-dqiq u l-passolina, dak tarah hi. Imma mhux se jirnexxiela twaħħal f’ħaddieħor. It-tort huwa tagħha.

 

Imbagha biex ir-riċetta tkompli thawwarha, minflok mliet ħalqha bl-ilma u ma qalet xejn,  marret tippriedka u tigdeb fuq Lovinmalta.

 

Fuq kollox l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa Alex mhux hi. U t-tifel mhux ta’ Alex. Għaliex kellu jitkaxkar fil-politika?

 

Dan mhux attakk personali. Il-poplu Malti għandu dritt ikun jaf x’lesta tagħmel is-sieħba tal-Kap tal-Oppożizzjoni inkluż tuża lil binha mingħajr il-kunsens ta’ missieru, u meta tiġi daharha mal-ħajt tkun lesta tigdeb sfaċċatament quddiem Malta kollha.

 

Mhux se nieqaf qabel toħroġ il-verità kollha.

 

Dawn jaħsbu li jistgħu jitnejku b’ kulħadd u ħadd ma jinduna. Kemm sejrin żball.

 

Sarah Bajada l-iżball int għamiltu. It-tort huwa tiegħek.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *