Min qed jattakkani għax ma jistax igiddibni

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Min qed jattakkani għax ma jistax igiddibni

Min ‘jikkundannani’ jew jattakkani nistmah fil-warrani. Qed jattakkaw ġurnalist li qed jagħmel xogħolu jesponi l-verità dwar persuni pubbliċi u li suġġetti li jkunu taħt skrutinju għal dak li jagħmlu u jgħidu.

 

Aħna ma nidħlux fil-kmamar tas-sodda tan-nies, iżda jekk l-kamra tas-sodda joħorġuha fuq platform biex jaraha kulħadd,  għandi dritt nikkummenta.

 

Dawk li qed jattakkawni huma frustrati għax ma jistgħux igiddbuni. Ma jistgħux jgħidu li m’inix ngħid l-verità għalhekk jinfexxu f’attakki personali.

 

Jien m’attakkajt lil ħadd. L-arma tiegħi l-verità. Is-sewwa jirbaħ żgur.

 

Min qed jattakkani għax ma jistax igiddibni.

 

Li qed ngħid huwa l-verità u qabel nikteb inkun għamilt il-homework sew.

 

Is-sorsi tiegħi nżommhom dejjem kunfidenzjali.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *