Sieħeb Alex Borg u Salvu Balzan huwa l-STO ta’ xogħlijiet biswit il-Ġgantija.

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Sieħeb Alex Borg u Salvu Balzan huwa l-STO ta’ xogħlijiet biswit il-Ġgantija.

Fis-17 ta’ Ġunju li għadda, dan is-sit irrapporta kif l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) ħarġet avviż ta’ waqfien ta’ xogħlijiet biswit il-Ġgantija. Fuq razzett li kien qed jitwaqqa’ sabiex minfloku tinbena blokka ta’ appartamenti.

 

 

L-avviż inħareġ wara li beda t-twaqqigħ tar-razzett, u jipprojbixxi kwalunkwe xogħol ulterjuri fuq is-sit. Dakinhar argumentajna  li sakemm ippubblikajna l-artiklu, l-isem tas-site technical officer ta’ dawn ix-xogħlijiet baqa’ mistur. 

 

https://nevillegafa.com/2026/06/17/skiet-itarrax-dwar-razzett-biswit-il-ggantija-li-fuqu-twaqqaf-ix-xoghol/

 

Staqsejna jistax ikun għaliex dan is-sinjur mhux xi Laburist.

 

Sfidajna  wkoll jekk The Times, Malta Indipendent jew Salvu Balzan jilħqux joħorġu ismu qabilna.

 

Wara li Salvu Balzan waqa’ fil-muta, u wara ġimgħa nistennew, u għaliex dan is-sit ma ħalliex triq oħra, il-gazzetta Times of Malta żvelat kif Simon Mizzi, l-id il-leminija tal-Kap Alex Borg, huwa s-site technical officer ta’ dan il-proġett.

 

 

Ta’ min ifakkar ukoll li Simon Mizzi huwa l istess STO li kellu l-aċċident tar-Rabat  Għawdex meta dakinhar kien ċeda it-tafal.

 

Alex22 – NIFS ĠDID RIĦA TA’ ĦARA 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *