Malta tafferma l-impenn tagħha li tkompli ssaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja ​

Neville Gafa

~ 20 hours ago

Malta tafferma l-impenn tagħha li tkompli ssaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja ​

Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, flimkien mas-Segretarju Permanenti, Johan Galea, ospitaw lill-Kummissarju Ewropew għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Michael McGrath għal laqgħa informali aktar kmieni llum, fil-marġini taż-żjara tal-Kummissarju McGrath f’Malta llum il-25 ta’ Ġunju 2026. Għal din il-laqgħa attendiet ukoll il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Maria Elena Despott.

 

Waqt din il-laqgħa informali kien affermat mill-ġdid l-impenn ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja, mhux biss bħala prijorità istituzzjonali imma wkoll bħala pilastru ċentrali tas-Saltna tad-Dritt, id-Demokrazija u tal-fiduċja pubblika.

 

L-iskambju waqt din il-laqgħa pprovda opportunità għal Malta u l-Kummissjoni Ewropea biex japprofondixxu d-djalogu dwar il-prijoritajiet relatati mal-ġustizzja u biex jiddiskutu t-triq ’il quddiem fi spirtu kostruttiv. Malta affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għal riformi mmirati biex jagħmlu s-sistema tal-ġustizzja aktar effettiva, aktar aċċessibbli u f’pożizzjoni aħjar biex taqdi liċ-ċittadini, filwaqt li pajjiżna jkompli jaħdem mill-qrib mas-sħab Ewropej permezz ta’ komunikazzjoni miftuħa, kooperazzjoni u rispett kondiviż għall-valuri demokratiċi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *