Il-bieraħ Alex22, dak li kien qal li se jirbaħ f’xahar u tilef bi 22,000 ħabbar ix-Shadow Cabinet.
Ray Gatt, dak li Alex22 ippreżenta bħala l-Messija fil-Qasam tas-Saħħa, gie maħtur Shadow Minister għas-Saħħa.

Ray Gatt
Oliver Cini, dak li rieda tal-Inġinier ġie maħtur bħala Shadow Minister għall-Enerġija u l-Pompi tal-Petrol f’nofs ta’ baħar.
Dione Borg ġie maħtur Shadow Minister tal-Edukazzjoni u l-Indottrinazzjoni.

Dione Borg
Nifs Ġdid u tħossok tifga.

Stephen Spiteri
It-tlieta li huma baqgħu l-art. Peress li Ray Gatt ma telax minn żewġ distretti, Alex22 kien kostrett jerġa’ jirrikorri għal Stephen Spiteri fis-Saħħa u ħatru Shadow Minister taċ-ċertifikati Mediċi Foloz u Frodi tas-Sigurta’ Socjali.

