Mark Camilleri javviċina Ministri jitlobhom kuntratti

Neville Gafa

~ 18 minutes ago

Mark Camilleri javviċina Ministri jitlobhom kuntratti

Dan is-sit jinsab infurmat li matul l-aħħar jiem, Mark Camilleri beda jdur xi Ministri jitlobhom sabiex jagħtuh kuntratti.

 

Mark Camilleri jmexxi website falluta bl-istess mod li titmexxa organizzazzjoni kriminali. Juża messaġġi privati u theddid biex joħloq element ta’ biża’ fuq politiċi Laburisti, negozjanti, u professjonisti fosthom avukati.

 

Mhux l-ewwel darba li Dar Camilleri, immexxija mill-psewdo- ġurnalist Mark Camilleri ingħatat kuntratti pubbliċi, u li marru direttament fil-but ta’ raġel li jgħix fuq theddid, intimidazzjoni, u terroriżmu psikoloġiku.

 

Terroriżmu psikologiku minn psewdo- ġurnalist.

 

Dan is-sit jinsab infurmat li matul l-aħħar jiem, Mark Camilleri beda jimmanuvra u avviċina xi Ministri jitlobhom jagħtuh kuntratti. Fosthom Ministri li huma ftit dgħajfa ħdejn ‘il bqija.

 

Mark Camilleri

 

Se nagħmilha ċara. Se nkun naf min se jaqa’ għal Mark Camilleri u jserrħu b’xi kuntratt. Serrħu raskom li se nesponikom ma Malta kollha, u l-Laburisti mhux se jaħfrulkom.

 

Naf li ħafna minnkom tibżgħu. Għalhekk użaw lili. Għidulu li qed ngħidilkom tagħtuhx kuntratti jew xi tip ieħor ta’ għajnuna finanzjarja għax se nkun qed nesponikom.

 

Kburi li mhux se nħalli lil dan l-idrogat jirrikattakom.

 

U int, Mark Camilleri, mur ara x’ser tivvinta sabiex tkun tista’ tixtri d-droga. Aħna l-Laburisti mhux se nippermettu li tieħu ċenteżmu ieħor minn flus il-poplu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *