Skont Borg Manchè, in-nies ivvotawlu għax attakka l-Labour

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Skont Borg Manchè, in-nies ivvotawlu għax attakka l-Labour

Illum rajna intervista oħra ta’ Conrad Borg Manchè fejn għal darb’ oħra juri kemm hu Narcissist u Fanfru, bniedem iħobb jiftaħar.

 

Skont hu ġie elett għax il-poplu ried jagħtih prempju talli attakka l-Labour. Kieku dan kien minnu, l-Partit Nazzjonalista kellu jirbaħ l-elezzjoni!

 

 

Borg Manchè ma ġiex elett għax attakka l-Labour. Borg Manchè ġie elett għax Alex Borg tradixxa lil kandidati l-oħra kollha u bagħtu fi tliet debates minn tlieta tal-Awtorità tax-Xandir.

 

Borg Manchè ġie elett għax Alex Borg tradixxa lil PN u approvah kandidat minn wara dahar l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

 

Borg Manchè ġie elett għax il-votant Nazzjonalista tant hu mifxul u m’għandux fiduċja fil-partit tiegħu stess, li kif jiġi xi ħadd minn barra l-partit jiġġennen warajh. Adrian Delia u Bernard Grech ma kienux fil-partit u saru Kapijiet. Kulħadd jaf x’gara .

 

Borg Manchè żgur ma ġiex elett għax kien isawwat lil missieru u keċċieh barra mid-dar, jew għax irrepeta ħames darbiet biex laħaq avukat.

 

Iżda lanqas ma ġie elett għax attakka l-Labour. Jekk għadu ma ndunax, il-Labour rebaħha l-elezzjoni mhux tilifha.

 

 

Trembel fl-Oppożizzjoni Borg Manchè. Lil missierek keċċejtu barra minn daru, iżda lill-Partit Laburista ma keċċejtux mill-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *