Jidher li bdew t-trikki trakki bejn Beppe Fenech Adami u Borg Manchè, li tpoġġa minn Alex Borg bħala Shadow Minister tal-Intern minflok Darren Carabott li tqaċċat għal xejn b’xejn.
Beppe Fenech Adami kien għamel xi żmien Shadow Minister tal-Intern.
Issa waqt li l-portafoll ta’ Fenech Adami huwa dak tal-Affarijiet Barranin, spiss qed jaqbeż lil Borg Manchè u jikkummenta dwar suġġetti li jaqgħu fil-portafoll tal-Intern.

In-narcissizmu ta’ Borg Manchè beda jdejjaq sew lil establishment Nazzjonalista wara li Alex Borg mbuttah bħala kandidat minn wara dahar kulħadd, saħansitra minn wara dahar l-Eżekuttiv.
The Times staqsiet jekk Borg Manchè tpoġġiex Shadow Minister tal-Intern minħabba kundizzjonijiet li għamel Borg Manchè lil Alex Borg biex jikkontesta l-elezzjoni.

