Froġa mill-Ispettur tal-‘Lifetime Achievement Award’

Neville Gafa

~ 17 hours ago

Froġa mill-Ispettur tal-‘Lifetime Achievement Award’

F’kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba Miroslava Milenovic, li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy,  l-Ispettur Joseph Mercieca, li xehed li kien intalab jeżamina t-talba ta’ Joseph Muscat u wasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm lok li jittieħdu passi kontra Milenovic, għax fi kliemu, “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati”.

 

Miroslava Milenovic

 

Inkredibbli iżda veru.

 

Ammissjoni skandaluża mill-Ispettur Joseph Mercieca, għax skontu “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati.”

 

Dan huwa l-istess Spettur li fis-26 ta’ Lulju 2023 kien ġie ppremjat waqt ċerimonja annwali tal-għoti tal-premijiet mill-Korp tal-Pulizija.

 

L-Ispettur Joseph Mercieca kien ġie ppremjat bil-Lifetime Achievement Award, b’għarfien għal aktar minn 25 sena ta’ esperjenza f’investigazzjonjijiet kriminali u għall-pariri li hu mfittex għalihom.

 

Prosit għalik Sur Mercieca! Imbagħad lanqas biss ndejnajt ruħek tagħmel kuntatt mal-Malta Qualifications Council biex tiġi vverifikata l-validità tal-kwalifiki li Milenovic tgħid li għandha.

 

Dik esperjenza wkoll!

 

Imbagħad jiġi ppremjat għall-pariri li hu mfittex għalihom.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *