Iċ-chairman tal-Accountancy Board, Edgar Borg, xehed illum fil-Qorti li sabiex persuna tkun tista’ tgħid li hija forensic accountant, l-ewwel nett trid tkun accountant u jkollha warrant.

Miroslava Milenovic
Borg kien qed jixhed f’kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba Miroslava Milenovic, li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy.
Mix-xhieda ta’ ċ-chairman tal-Accountancy Board, Edgar Borg, irriżulta li ż-żewġ ċertifikati tas-Serba Miroslava Milenovic li l-Pulizija bagħtet lill-Accountancy Board ma kinux biżżejjed biex hija tkun tista’ taħdem bħala accountant f’Malta.

Joseph Muscat
Dan fil-kawża dwar it-talba tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex tinbidel id-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li ma jittiħdux passi kontra s-Serba li ħadmet bħala forensic accountant fl-inkjesta Vitals minkejja li ma kellhiex warrant ta’ accountant u minkejja li, skont it-talba, m’għandhiex lawrja fl-accountancy.
Borg kkonferma wkoll li f’Malta persuna ma tistax tgħid li hija accountant jekk ma jkollhiex warrant. Qal li dan japplika wkoll għal min jippreżenta ruħu bħala forensic accountant. Għaldaqstant, huwa ċar jekk tagħmel hekk, tkun qed tikser il-liġi.
Hekk għamlet bi kliemha u b’għemilha Miroslava Milenovic. Kissret il-liġi.
Borg qal li persuna mingħajr warrant ta’ accountant ma tistax tagħmel rapporti ta’ analiżi jekk dawn eventwalment jintużaw minn terzi persuni. Bi tweġiba għal mistoqsijiet tal-Avukat Vince Galea, li qed jidher għal Dr Muscat, iċ-chairman tal-Accountancy Board qal li meta l-Pulizija kkuntattjathom dwar il-każ ta’ Milenovic qatt ma staqsiethom jekk persuna tistax tippreżenta ruħha bħala accountant mingħajr warrant. Minflok, staqsiethom biss dwar x’tip ta’ xogħol jista’ jsir minn accountant f’Malta.
Biex tkompli tgħaxxaq kollox, l-Ispettur Joseph Mercieca, li kien xhud ieħor waqt din il-kawża xehed li kien intalab jeżamina t-talba ta’ Joseph Muscat u wasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm lok li jittieħdu passi kontra Milenovic, għax fi kliemu, “mhux se ninvestiga lill-Maġistrati”.

Tajjeb ukoll. Kulħadd jixxuttja fuq xulxin!
L-Ispettur Joseph Mercieca qal ukoll li ma kienx kompitu tiegħu li jara jekk accountant tistax taħdem f’Malta mingħajr warrant, u bbaża ruħu fuq il-fatt li Milenovic tqabbdet taħdem f’Malta minn għadd ta’ Maġistrati.
Ammetta wkoll li qatt ma ndejna ruħu jagħmel kuntatt mal-Malta Qualifications Council biex tiġi vverifikata l-validità, f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea, tal-kwalifiki li Milenovic tgħid li għandha.

Gabriella Vella
Imbagħad issib erba’ qlafat li jitkażaw għaliex fit-13 ta’ Novembru 2024 Dr. Joseph Muscat ressaq il-kwerela!
Iżda dan mhux kollox. Fi Frar 2025, l-Ispettur Mercieca kiteb lis-superjuri tiegħu li din kienet biss stunt legali minn Joseph Muscat biex tiġbed l-attenzjoni tal-midja u li ma kien hemm l-ebda każ kontra Milenovic.
Madankollu, f’Mejju 2025, tliet xhur wara li għalaq il-każ, l-istess Ispettur Mercieca beda jiċċekkja l-kwalifiki tas-Serba.
Aktar minn sena wara li l-Ispettur kien għalaq il-każ, l-avukati ta’ Dr. Joseph Muscat ġew infurmati bid-deċiżjoni li l-Pulizija ma kinitx se tieħu passi. Il-każ se jkun preskritt f’Novembru li ġej.

