Waqt li l-Partit Laburista xammar il-kmiem u qed jaħdem b’rizq il-poplu, il-Partit Nazzjonalista li sofra r-raba’ telfa konsekuttiva qed iniedi l-Album tat-Telfa. Dan tħabbar illum fuq NET TV.
Il-World Cup tiġi kull erba’ snin. Min inqala’ din id-darba jista’ jkollu ċans erba’ snin oħra. Imma rajtu xi team li jkun inqala’, jiċċelebra jew jifraħ għax erba’ snin oħra jista’ jirbaħ?
Għax l-P.N. hekk qed jagħmlu. Qed jifirħu għax tilfu, iżda ħames snin oħra terġa’ ssir elezzjoni.
Kif qal dalgħodu l-Prim Ministru, il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-istess sitwazzjoni ta’ żmien Simon Busuttil, u jekk iridu jaħsbu li rebħu, affarihom.

Simon Busuttil jitfarfar wara t-tkaxkira elettorali fl-2017
Ħbieb, dan mhux entużjażmu, iżda huma sintomi ta’ min ikun maqtugħ mir-realtà. Jitlef u jimmaġina li għandu biex jifraħ.
Dawn sintomi ta’ arroganza ta’ min ma jirrispettax ir-rieda tal-poplu. Il-poplu warrabhom, iżda huma jimmaġinaw li għandhom biex jifirħu.

Sadanittant, tkompli it-triq għal ħames rebħa Laburista. Alex Borg kompli mmaġinaw li għandek biex tifraħ.

