Fl-aħħar sigħat, Borg Manchè kiteb dwar il-Qorti tal-Familja. Wara l-kawża li rebaħlu missieru, Borg Manchè għandu esperjenza tal-Qorti tal-Familja. Forsi għalhekk għandu ħafna tantrums dwar is-suġġett.
Iżda wkoll, meta jitkellem dwar il-Qorti tal-Familja qed jirfes fil-portafoll ta’ Joe Giglio li huwa x-Shadow Minister tal-Ġustizzja.

Joe Giglio
Attivisti midħla tal-Għaxar Distrett qaluli li Giglio u Borg Manchè ma jarawx għajn m’ għajn fl-Għaxar Distrett, u li Giglio urtat sew li fil-kampanja elettorali ngħata l-ġemb minn Alex Borg waqt li Borg Manchè ntbagħat tliet dibattiti tal-Awtorità tax-Xandir.

