F’dan il-pajjiż daħlet kultura fejn l-għażżien jiġi ppremjat. Il-bieżel nwarrbuh. L-għażżien jiġi ppremjat.
Il-kelliem Nazzjonalista għas-Saħħa Stephen Spiteri ressaq biss tliet Mistoqsijiet Parlamentari f’temp ta’ erba’ snin. Dan għamlu l-aktar Membru Parlamentari Nazzjonalista li saħħan is-Siġġu. L-inqas MP attiv fil-Parlament fejn jidħol l-iskrutinju tal-Ministri.

Mhux hekk biss. Tant hu għażżien u ma jinteressahx li jiskrutinja lill-Gvern, li it-Tlett Mistoqsijiet Parlamentari ressaqhom kollha fl-istess jum. Id-data famuża hija dik tat-22 ta’ Jannar 2024.
Dan ifisser li matul l-14-il leġiżlatura, li bdiet minn Mejju 2022 sakemm il-Parlament ġie xolt f’April 2026, Stephen Spiteri ma sab xejn x’jikkritika jew x’ jistaqsi lill-Gvern relatat mal-qasam tas-Saħħa.
Sadanittant, sentejn ilu, jiġifieri f’ nofs Leġislatura, dan Is-sit kien staqsa lil Kap Nazzjonalista Bernard Grech jekk kienx minnu li l-Onor. Stephen Spiteri huwa dak il-Membru Parlamentari Nazzjonalista li ħa sehem f’briedel ta’ sess u droga?
Ovvjament, skiet li jtarrax. L-importanti li Stephen Spiteri isaħħan dak Is-Siġġu Parlamentari.

